Għada Mistenni Riħ Li Jilħaq Forza 6 U Temperaturi Li Jinħassu Inqas Sħan

Wara diversi jiem iddominati minn sħana relattivament qawwija, jidher li għada l-gżejjer Maltin se jkunu qed jaffaċjaw bidla fit-temp. Dan hekk kif għandna nistennew xi ftit riħ li jilħaq il-qawwa ta’ forza 6 kif ukoll temperaturi ferm inqas sħan mis-soltu, skont is-sit Malta International Airport Weather.

Filwaqt li matul dawn l-aħħar jiem kellna temperaturi li jinħassu daqs 38°C, għada t-temperaturi se jinħassu 31°C u anke fil-jiem ta’ wara fejn fost oħrajn il-Ġimgħa t-temperaturi se jinħassu 28°C.

It-temp ukoll għall-kumplament tal-ġimgħa huwa mbassar li se jkun kemxejn imsaħħab minflok xemxi. Din hija indikazzjoni li t-temp sajfi se jkun qed jikkalma xi ftit għalkemm is-sħana xorta se tkun qed tiddomina xi ftit jew wisq.

Intom x’temp tippreferu?

Ritratti: Facebook / John Mc Bride u Weather Met Office







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI