Fr. Karm DeBattista lbieraħ qasam ritratt tassew ħelu! Ritratt flimkien maz-zija tiegħu li lbieraħ kienet qed tiċċelebra għeluq sninha! Iz-zija ta’ Fr. Karm DeBattista għalqet 90 sena! F’dan il-jum speċjali hu ħalla messaġġ qasir u ħelu.
Hu qal, “Iz-zija tiegħi Paula llum tagħlaq 90 sena. Għandha moħħha ċar ħafna. Tassew kuntent li naraha sew.” Ir-ritratt li qasam fuq il-mezzi soċjali magħha juri lil zitu tħarisilu b’tant għożża u mħabba.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil zitu f’għeluq sninha u nawgurawlha aktar saħħa.
Facebook / Karm DeBattista