Il-paġna tal-festival lokali Konkors Kanzunetta Indipendenza fuq il-mezzi soċjali tagħha, ilbieraħ ħabbret l-ordni li se jkunu qed jitkantaw il-kanzunetti ta’ din is-sena.
Huma jiktbu, “Din hi l-ordni tal-kanzunetti għas-serata finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza li se ssir is-Sibt 13 ta’ Settembru f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta.”
Jidher li din l-ordni ttellgħat permezz ta’ polza li saret waqt laqgħa li kellhom il-kantanti l-ġimgħa li għaddiet. Il-festival ta’ din is-sena se jkun qed isir fit-13 ta’ Settembru ġo Dar il-Meditteran.
Hemm se niskopru min se jkun qed jgħolli t-trofew wara li s-sena li għaddiet il-kompetizzjoni interbħet minn Karei bil-kanzunetta Nistħajlek Hawn li kellha kompożizzjoni ta’ Mark Spiteri Lucas u lirika ta’ Paul Ellul.
Jekk il-filmat li ttella’ fuq il-mezzi soċjali tagħhom huwa wieħed indikattiv, kollox juri li l-festival ta’ din is-sena se jkun preżentat minn Eileen Montesin, Christine Haber u Dylon Brignano.
Awguri lill-finalisti kollha. Gawdu din l-esperjenza u komplu tuna aktar kanzunetti bil-lingwa Maltija!