Permezz ta’ messaġġ sempliċi fuq il-midja soċjali, il-Membru Parlamentari Roderick Galdes fakkar lil missieru fit-tieni anniversarju mill-mewt tiegħu.
Minkejja li għaddew sentejn, il-vojt li ħalla warajh missieru għadu jinħass kuljum, iżda fl-istess waqt, il-memorji u t-tagħlim tiegħu għadhom sors ta’ gwida u appoġġ.
Hu kiteb, “Għaddew sentejn mingħajrek, Pa. Inħoss in-nuqqas tiegħek kuljum, però l-valuri li għallimtni jibqgħu jmexxuni f’kull pass li nagħmel. Ma ninsewk qatt.”
Qasam anke ritratt ta’ missieru biex ifakkar il-memorja tiegħu, u kienu bosta li kkummentaw biex iselmulu.
Jistrieħ fis-sliem.
Facebook/ Roderick Galdes