Wara li lbieraħ kellha tiddaħħal l-isptar mingħajr mistenni, ftit sigħat ilu l-personalità lokali Theresa Ann Cachia esprimiet il-gratitudni tagħha lejn dawk kollha li ħadu l-ħin sabiex jibagħtulha messaġġ jawguralha li tirkupra malajr.
Il-personalità Maltija fissret kif meta persuna tati d-demm tkun qed issalva ħajja b’xejn u għalhekk irrangrazzjat lil dawk kollha li jagħtu d-demm li bis-saħħa tagħhom tinsab f’qagħda aħjar.
“Issa ftit mistrieħ għax dil-kaxxa ġenn għandha bżonn tistrieħ jumejn,” temmet tikteb Theresa Ann Cachia.
Nawgurawlha li tirkupra kemm jista’ jkun malajr!
Facebook / Theresa Ann Cachia