Warren Bonello Bi Kliem Ta' Kuraġġ F'Dan Il-Perjodu Sfortunat Għalih U Għal Bosta Artisti Madwar Id-Dinja

Il-pandemija tal-Covid-19 u l-konsegwenzi kollha li ġabet magħha ċertament li kienet ta’ daqqa ta’ ħarta għall-artisti kollha li normalment ikunu tant impenjati bl-avvenimenti u b’dak kollu li jirrikjedi xogħolhom. 

Fil-fatt Warren xeħet ritratt li juri perfettament l-isfortuna li ġabet magħha l-imxija għall-artisti, li kellhom iħassru tant pjanijiet u proġetti li kienu jirrikjedu xi udjenza numeruża ngħidu aħna. 





“Rajtha u ma stajtx nirreżisti… Dan hu eżempju perfett tal-artisti kollha madwar id-dinja bħalissa” jikteb Warren. Jispiċċa iżda bi kliem ta’ kuraġġ u qawwa: “Għad nerġgħu lura aħjar minn qatt qabel”. 

Inkomplu ma’ Warren b’dan il-punt u fil-waqt li nissimpatizzaw mal-artisti kollha li kellhom jgħaddu minn dan il-perjodu ikrah fil-karriera tagħhom, nuru l-appoġġ tagħna għal dak li għad irid jiġi wara l-maltemp li għaddejna minnu. Bħal dejjem aħna nkunu minn tal-ewwel li nappoġġjaw it-talent Malti!

Facebook/ Warren Bonello



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI