Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 102 każ ġdid. Il-paġna żvelat ukoll li 103 persuna fieqet mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa huwa ta’ 1962.
It-total ta’ każijiet li kellna s’issa jammonta għal 7141. Bħal dejjem, il-każijiet li nstabu llum għadhom qed jiġu nvestigati.
Dwar il-każijiet li nstabu lbieraħ hemm:
- 32 każ minn membri tal-familja li kienu pożittivi
- 5 każijiet minn fuq ix-xogħol
- 2 każijiet minn kuntatt dirett ma’ persuni bil-Covid-19
- u 2 każijiet minn laqgħat soċjali li kellhom il-każijiet pożittivi magħhom
Bħalissa huwa importanti aktar minn qatt qabel li wieħed iżomm mal-miżuri tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.
Mazars