L-attriċi lokali Joelyne Scerri li rajnieha fost l-oħrajn fis-sensiela Żerniq, tawgura mill-qalb lill-moħħ wara din is-sensiela, Ninu Borg.
Illum jiċċelebra għeluq sninu. Fuq il-mezzi soċjali, Joelyne tħallilu awgurju mill-qalb. “Awguri Ninu Borg,” tikteb l-attriċi. Xerrdet anke ritratt tagħha flimkien ma’ Ninu meħud fi żmien li kienet tixxandar is-sensiela Żerniq.
F’isem it-tim ta’ Gwida, ningħaqdu ma’ Joelyne biex nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu dak kollu li tixtieq qalbu. Bosta segwaċi ta’ Żerniq u ta’ Joelyne awgurawlu wkoll.
Facebook/ Żerniq