"Għamiltna Ġenituri Għall-Ewwel Darba… 20 Sena Wara Nirringrazzjaw Lill-Mulej Talli Għoġbu Jagħtina Lil Dan Il-Ġuvni Sabiħ" – Omm Nathan Psaila

Illum jagħlaq sninu l-kantant lokali żagħżugħ Nathan Psaila li rajnieh f’X Factor Malta, fil-KKI, u fil-Malta Eurovision. Nathan huwa xi ħadd li tista’ tgħid rajnieh jikber kemm bħala żagħżugħ kif ukoll bħala artist.

Din is-sena hu kien wieħed mill-finalisti tal-Malta Eurovision għat-tielet darba, bil-kanzunetta Concrete. Omm Nathan, Leighanne Psaila kienet fost dawk li ħallietu messaġġ mill-isbaħ għall-okkażjoni.

“Awguri lill-ġojjell tagħna Nathan f’għeluq sninu. Daqshekk teenager. ILLUM ħa jinqaleb numru ġdid u paġna oħra. 20 SENA… kif għaddew. Kemm konna ferħanin u eċitati. Għamiltna ġenituri għall-ewwel darba. Niftakarha sew din il-ġurnata, meta rajtek l-ewwel darba, lanqas ridt nemmen”





Leighanne tkompli, “Illum 20 sena wara nirringrazzjaw lill-Mulej talli għoġbu jagħtina lil dan il-ġuvni sabiħ, dħuli ,bil-għaqal, jagħmel minn kollox biex jgħin u jara lil ħaddiehor kuntent. Minn filgħodu jqum dejjem b’dik it-tbissima fuq wiċċu. Nathan, żomm dejjem saqajk mal-art u tinbidel għal ħadd.”

Tkompli tesprimi kemm hi kbuija bih u b’dak kollu li jwettaq, anke jekk jinqalgħu xi ostakli. Issemmi anke lill-anġlu ċkejken li hemm iħarishom, lil ħuh Chase, u tgħidlu li ċertament qed jipproteġih f’kull pass.

Awguri minn qalbna Nathan f’isem it-tim ta’ Gwida.mt!

Ara l-post HAWN



Facebook/ Nathan Psaila

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI