€353,436 Miġbura Waqt Il-Maratona Inspire Bżonnok – Grazzi!

Ilbieraħ kienet għaddejja l-maratona Inspire Bżonnok, bit-tir li jinġabru aktar fondi li ser jagħmlu differenza f’ħajjet bosta persuni u familji. Sena wara sena, il-poplu Malti u Għawdxi qed ikun hemm għal Inspire Malta, u dan iħalli ħafna frott.

Kemm hu importanti li nibqgħu ngħinu kemm nifilħu lil din il-komunità prezzjuża. Huma jirringrazzjaw mill-qalb għall-kontribut tal-pubbliku u tal-isponsors, hekk kif inġabret somma sabiħa oħra.

“Grazzi talli kont parti minn Inspire Bzonnok! Is-somma finali ta’ €353,436!,” jikteb it-tim. Prosit u Grazzi lilkom ilkoll!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI