Ilbieraħ fl-indirizz tiegħu lejn il-folla li kien hemm miġbura fil-Vatikan, il-Papa Ljun XIV tkellem dwar it-tbatija li l-bniedem ikollu jsofri fil-gwerra u saħaq li hu proprju għalhekk li kulħadd għandu jaħdem favur il-paċi.
“Il-gwerer ma jsolvux problemi iżda minflok jiggravawhom u joħolqu feriti li jdumu ġenerazzjonijiet sħaħ sabiex ifiequ,” saħaq il-Papa li fisser kif l-ebda rebħa fil-gwerra ma tista’ tfarraġ l-uġigħ tal-ommijiet u ttaffi l-biża’ li jħossu t-tfal.
“Ejjew inħejju futur ta’ paċi u mhux vjolenza u gwerer,” temm jgħid il-Papa Ljun XIV ikkommovut.
Sors: NCR Online
Ritratti: Reuters u Detroit Catholic