"Ma Kienx Bidu Faċli Għalik, Imma Int Qalbi Perfezzjoni" – Il-Mudell David Camenzuli U Leah Jilqgħu Liċ-Ċkejken Harry

Wasal! It-Tnejn li għadda David Camenzuli u l-mara tiegħu Leah laqgħu t-tieni wild tagħhom fid-dinja – it-tarbija Harry. Harry kelli jitwieled ix-xahar id-dieħel imma ma setax jistenna aktar donnu u wasal fid-dinja ftit qabel!

View this post on Instagram

A post shared by Leah Camenzuli (@leah.camenzuli) on Oct 19, 2020 at 9:15am PDT

“L-introduzzjoni tar-raġel żgħir (ħerqan) tagħna …” Leah qasmet fuq il-mezzi soċjali, u ħabbret ukoll l-isem tat-tarbija ħa jkun Harry. “Jista’ jkun li ma kienx bidu faċli għalik imma int perfezzjoni! ”

View this post on Instagram

A post shared by Leah Camenzuli (@leah.camenzuli) on May 2, 2020 at 10:01pm PDT

Harry jingħaqad ma’ oħtu l-kbira Sophia, li l-koppja li huma magħrufin sew fuq Instagram laqgħu lura f’Novembru 2018. David u Leah intrabtu f’tieġ mill-isbaħ f’Bali f’Novembru 2016.

Facebook / David Camenzuli







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI