L-Ikel Malti Issa Jinsab Fis-Suq Ġewwa Amsterdam Ukoll!

It-togħma tal-ikel Malta qed tiġbed l-attenzjoni f’Amsterdam, grazzi għal Big Boy Bobbito, gabbana tal-ikel immexxija mill-intraprenditur Malti Nigel.

Hekk kif Malta tibqa’ f’qalbu, Nigel ħoloq dan is-suq li jinkludi l-ikel Malti, sewwa sew ġewwa Ten Katemarkt f’Amsterdam. Ħoloq togħmiet tradizzjonali Maltin b’laqta’ moderna.

Nigel, li telaq mix-xogħol amministrattiv tiegħu f’Malta biex jaqbad linja aktar sodisfaċenti, mar joqgħod l-Olanda u segwa l-passjoni tiegħu għall-ikel. Il-menu li ħoloq fih taħlita kreattiva ta’ influwenzi Maltin u internazzjonali.

Biex tiġi ppreservata l-essenza tal-kċina Maltija, l-ingredjenti ewlenin huma importati direttament minn Malta.

Instagram/ bigboybobbito







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI