“Dejjem Ser Inkun Hawn Għalik” – Gordon Lill-Maħbuba Tiegħu Clara

Il-Preżentatriċi simpatika ta’ TVAM Clara Farrugia ċċelebrat għeluq sninha. F’messaġġ romantiku l-maħbub tagħha Gordon Bonello kiteb, “Ma tagħmilx differenza kemm xjaħna, jew kemm il-birthday niċċelebraw flimkien, jien dejjem ser inkun hemm għalik”.





Gordon jistqarr ukoll li Clara hi, “r-raġuni li jien nitbissem kuljum”. Mhux ta’ bxejn dejjem iqajjimna bi tbissima u b’enerġija liema bħala bil-programm ma’ Anna u Carlo ta’ Magic Malta.

Missier Clara, Joe Julian Farrugia qasam fuq Facebook ritratt gustuż ta’ meta kienet għadha tifla u stqarr li kienet tħobb titfissed! “Tbissima waħda u ttellagħni s-sema” jgħid missierha fuqha.



Clara kompli tbissem, kompli uriena x’taf tagħmel għax int mara mimlija talentI! Awguri.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI