“Strieħ Fis-Sliem Għażiża Rita Schembri” – Il-Kunsilliera Tal-Fgura Josianne Scicluna

l-Kunsilliera tal-Fgura, Josianne Scicluna, sellmet b’niket lill-eks kollega tagħha, Rita Schembri Borg, li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Il-mewt tagħha ħalliet ħafna nies sorpriżi, hekk kif kienet persuna magħrufa u maħbuba minn bosta.

Fuq il-midja soċjali, bosta kienu dawk li esprimew id-diqa tagħhom u qasmu t-tifkiriet sbieħ li għandhom magħha. Rita kienet persuna ta’ qalb tajba u dejjem bi tbissima fuq fommha, karatteristiċi li jidher li ħallew impatt profond fuq dawk li ltaqgħu magħha.

Josianne kitbet, “Strieħ fis-sliem, għażiża Rita Schembri Borg, eks-kollega. Ftit tal-jiem ilu awgurajnielek Happy Birthday fuq Facebook… Ma konniex nafu li kienet se tkun l-aħħar darba. Kondoljanzi sinċieri lill-familjari u l-ħbieb.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja għażiża ta’ Rita u ngħaddu l-ikbar solidarjetà tagħna lill-familja tagħha, lill-qraba, u lill-ħbieb kollha tagħha f’dan il-mument ta’ telfa u niket. Strieħ fis-sliem, Rita, u kompli ħares minn fuq dawk li ħallejt warajk b’tant imħabba.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI