Fuq il-mezzi soċjali, l-attivista tal-annimali Christa Cilia ħabbret li għadha kif adottat kelb ta’ 14-il sena li huwa “totalment għami”.
L-attivista tisħaq li għamlet dan sabiex turi li l-annimali huma bil-wisq aktar minn annimali iżda huma familja, u saħqet li sa tiżgura li dan il-kelb jingħata ħajja ta’ “dinjità u mħabba”.
“Meta nieħdu kelb irridu nkunu lesti biex nieħdu ħsiebhom tul ħajjithom kollha, speċjalment meta jkunu anzjani u l-bżonnijiet tagħhom jikbru,” spjegat l-attivista.
Cilia temmet tappella sabiex wieħed joqgħod attent qabel ma jadotta.
Prosit tassew!