Xejn ma jista’ jsabbar lil omm li tkun tilfet lit-tarbija tagħha. Lulju li għadda ċ-ċkejkna Emily marret tiltaqa’ mal-anġli fis-sema wara li tilfet il-battalja tagħha mal-kanċer. Ommha Vanessa Gatt fakkret dan il-mument tant kiefer b’messaġġ qasir iżda emozzjonali.
Hi kitbet: “Bħal-lum 7 xhur bħalissa bdejt narak tieħu l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtek sabiħa tiegħi. Ma ninsik qatt ġojjel.”
Strieħ fis-Sliem ċkejkna. Il-Maltin u l-Għawdxin mhu se jinsewk qatt.
Facebook/Vanessa Gatt