“Għaddejna Minn Ħafna Tlajja’ u Nżul, Imma Xejn Ma Firidna” – Gino Lombardi Jiċċelebra 42 Sena Ma’ Martu

Gino Lombardi qasam messaġġ mill-qalb iddedikat lil martu Carm, hekk kif fakkar il-ġurnata meta ltaqa’ magħha għall-ewwel darba 42 sena ilu. Fuq il-midja soċjali, Lombardi rrifletta fuq il-vjaġġ twil li qasmu flimkien matul dawn is-snin kollha, mimli mumenti sbieħ iżda wkoll sfidi li rnexxielhom jegħlbuhom bħala koppja.

“Tnejn u erbgħin sena ilu iltqajt ma’ dil-mara li wara tant snin għadna flimkien,” kiteb. Huwa kompla jgħid li matul is-snin għaddew minn ħafna “tlajja’ u nżul”, kif ukoll minn żminijiet sbieħ u diffiċli. B’ton umoristiku, semma wkoll li għaddew minn “gwerer nukleari”, referenza għall-isfidi li kull koppja tista’ taffaċċja matul il-ħajja tagħha.



Minkejja dan kollu, Lombardi sostna li xejn ma rnexxielu jifridhom, u li l-imħabba tagħhom baqgħet soda matul is-snin. Fl-istess messaġġ, huwa awgura lil Carm jum mill-isbaħ filwaqt li esprima l-imħabba kbira li għadu jħoss lejha.



“Nawguralek jum mill-isbaħ, Carm, nibqa’ nħobbok għal dejjem!” temm jgħid. Il-messaġġ ġibed reazzjonijiet pożittivi minn bosta segwaċi li faħħru r-rabta qawwija bejn il-koppja u awgurawlhom aktar snin ta’ mħabba u kuntentizza flimkien.



Ritratti:

Facebook / Gino Lombardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI