"Minkejja Li Kont Sponsor Ta' Big Brother, Ma Ngħatajtx Preferenzi Għax Kieku Ma Ġejtx Eliminata" – Chanelle

L-eks residenta Chanelle tisħaq li minkejja li kienet waħda mill-isponsors ta’ Big Brother Malta, madankollu ma ngħatat l-ebda preferenzi u sabiex tidħol fix-xow kellha tgħaddi mill-istess proċess bħar-residenti l-oħrajn.

“Kieku kont qed niġi preferuta m’inix qiegħda hawn,” tisħaq Chanelle li ftit jiem ilu ġiet eliminata wara li ġiet nominata minn Karl u ġabet l-iktar ammont ta’ voti mill-pubbliku.





Hi saħqet dan waqt intervista mas-sit MaltaDaily b’reazzjoni għad-diversi kummenti li nkitbu fuq il-mezzi soċjali fejn bosta saħqu li r-residenta kienet qiegħda tiġi preferuta u skużata milli taffaċja kastigi għal xi ksur ta’ regolamenti.

Intom x’taħsbu?

Ritratti: Facebook / Big Brother Malta

Sors: Instagram / MaltaDaily



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI