Lura Fiż-Żmien Meta Flok Numru Kien Ikun Hemm Isem Il-Lokalità Fuq Quddiem Tal-Linja

Il-paġna Dipartiment tal-Informazzjoni, apparti li jinforma lill-pubbliku, kemm-il darba jirnexxielu jqanqal nostalġija għal xi wħud. Dalgħodu tefgħu ritratt li jmur lura fiż-żmien, meta l-karozzi tal-linja kienu għadhom mhux bin-numru tar-rotta.

Minflok kien ikollhom l-isem tal-lokalità li jinsabu fi triqthom għaliha. F'dan ir-ritratt partikolari nistgħu naraw il-karozza tal-linja li sejra lejn Bormla, hekk kif fit-tabella nistgħu naraw l-isem 'Cospicua'.

Taf min jiftakar dawn it-tabelli fuq il-karozzi tal-linja?

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI