L-attriċi Lenies Gauci qasmet status verament ħelu fuq il-mezzi soċjali. Missierha llum qed jiċċelebra anniversarju kemxejn differenti minn dawk li ssoltu nġibulkom permezz tas-sit tagħna Gwida.mt imma xorta ħsibna li naqsmuh magħkom.
Hi tikteb, “30 sena ilu missieri kellu ħolma li jiftaħ negozju żgħir tiegħu stess tal-catering. It-triq ma kienet faċli xejn imma bid-determinazzjoni tiegħu, l-għajnuna ta’ ommi u l-klijenti leali kollha tiegħu dik il-ħolma saret realtà.”
Hi tkompli tgħid, “Illum 30 sena wara Dolceria Clyde hija kumpanija tal-catering magħrufa sew li tinsab fil-Belt Valletta. L-anniversarju t-tajjeb għażiż missier kburija mmens bil-kisbiet kollha tiegħek.”
Meta persuna tixħet moħħha hemm u jkollha f’moħħha li tirnexxi jirnexxielha! Storja tassew ħelwa ta’ missier l-attriċi lokali Lenies.
Facebook / Lenies Gauci