Kienu Se Jerġgħu Jibdew Ħajjithom Flimkien Wara Snin Mifrudin Iżda Tilfu Ħajjithom Ilkoll F'Traġedja Fuq L-Ajruplan

Fi triqithom fuq ajruplan lejn l-Ingilterra, familja kienet qiegħda tieħu dak li fil-fatt kien l-aħħar ritratt tagħhom flimkien hekk kif kienu qed jippjanaw li f’Londra, l-belt kapitali Ingliża, jibdew ħajjithom mill-ġdid flimkien wara li qattgħu diversi snin mifrudin.

Il-missier kien għadu kif għamel 6 snin jaħdem Londra u issa kien iddeċieda li jitla’ lura lejn art twelidu sabiex jieħu lil familtu miegħu l-Ingilterra u jkun jista’ jibda ħajtu mill-ġdid maqgħud magħhom.

B’xorti ħażina, dan ma kellux ikun hekk kif ilkoll tilfu ħajjithom meta l-ajruplan li kienu fuqu kraxxja wara li sab ruħu f’inċident. B’total l-ajruplan ħasad il-ħajja ta’ ‘l fuq minn 240 ruħ.

Bosta kienu dawk li qasmu din l-istorja bħala turija ta’ kemm wieħed għandu japprezza kull mument ta’ ħajtu.

Ritratti: MoneyControl u BBC News







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI