“Jien Qabel Ma Bdejt Inkanta Propjament Kont Niżfen. U L-Ewwel Kompetizzjoni Taż-Żfin Li Dħalt Kelli Madwar Erba’ Jew Ħames Snin…” – Nicole Hammett

Nicole Hammett kienet mistiedna fuq il-programm ta’ Personaġġi. Fl-intervista tkellmet dwar kif beda l-vjaġġ tal-kant tagħha.

“Jien qabel ma bdejt inkanta propjament kont niżfen. Bdejt niżfen ta’ sentejn u nofs. Bilkemm kont għadni naf nimxi imma kont niżfen. U l-ewwel kompetizzjoni taż-żfin li dħalt fiha kelli jidhirli jew erba’ snin jew ħames snin kont għadni żgħira ħafna. Kont niżfen il-ballroom u latin. |Ommi u missieri kienu jiżfnu kif ukoll il-kuġini. Aħna l-familja tagħna kollha żeffiena ballroom u latin. Oħti meta kienet żgħira kienet ballerina u kienet tiżfenk anka l-flamenco.”

Tkompli tgħid li minn dejjem kienet tħobb tkanta. “Meta kelli l-preċett għandi ritratt  inżomm biro lewn id-deheb qed inkanta taparsi mikrofonu. Dak iż-żmien kif għadu ħareġ il-film Mamma Mia u kantajt diska.”

Waqt l-intervista Nicole tiftaħ qalbha dwar relazzjoni abbużiva li għaddiet minna fil-passat.





Ritratti: Facebook / Nicole Hammett



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI