“Sfortunatament, l-aktar avvenimenti li ħallew marka fuqi f’dan iż-żmien huma ta’ dieqa, bit-telfiet ta’ ommi u ta’ missieri,” stqarr l-attur Vince Micallef Pule. F’intervista li għamilna ma’ Vince qalilna li “It-tnejn li huma ġew neqsin lejliet il-Milied, għalkemm fi snin differenti.”

Ritratt: Facebook/The Malta Television Awards
Iżda minkejja dan, Vince għandu l-familja tiegħu li kull ma tmur dejjem tikber: “Għandna drawwa, li tista’ tgħid saret tradizzjoni, fejn kull sena nqattgħu jum il-Milied fid-dar ta’ xi ħadd mill-aħwa, skont min ikun imissu, fejn niltaqgħu lkoll flimkien u nagħmlu ġurnata ngawdu l-kumpannija ta’ xulxin, nieklu u nqassmu r-rigali.”

Ritratt: Facebook/Claire Micallef Pule
Vince qalilna li l-iżjed ħaġa għall-qalbu relatata mat-tiżjin tal-Milied huwa l-presepju. Hu jammetti wkoll li x-xiri tar-rigali “nsibu stressanti biex nara li ma nsejt lil ħadd u biex nipprova nilħaq il-gosti ta’ kulħadd.”
Allura x’inhu l-Milied ideali għal Vince?
“Għalija huwa dak fejn kulħadd jiċċelebra mħabba ġenwina bejn il-ħbieb u l-familja, fejn jirnexxilna nwarrbu d-differenzi u l-piki u ngħożżu dak li jgħaqqadna.”

Ritratt: Facebook/Claire Micallef Pule
Vince, f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiqulek l-isbaħ xewqat f’dan iż-żmien. Għalkemm ir-realtà tal-ħajja hija diffiċli, xi kultant l-aħjar li nistgħu nagħmlu huwa li naprezzaw il-membri tal-familja li għadhom magħna…
Facebook/Attwali