Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, Infrastructure Malta wissew dwar l-għeluq ta’ parti minn Triq Wilġa.
Huma spjegaw, “Mit-Tlieta (2 ta’ Ġunju 2026) sat-Tlieta (9 ta’ Ġunju 2026) parti minn Triq il-Wilġa fi triqtek lejn il-Magħluq ta’ Marsaxlokk se tkun magħluqa għall-vetturi biex inkomplu bix-xogħol fuq il-parti l-oħra tat-triq. L-aċċess pedonali lejn il-bajja u l-moll se jibqa’ miftuħ. Ippjana l-vjaġġ tiegħek minn qabel u segwi t-tabelli. Grazzi tal-koperazzjoni.”
Nappellaw biex fejn hu possibbli, tippjanaw ir-rotta tagħkom u ssibu toroq ulterjuri, biex nevitaw it-traffiku u l-aċċidenti. Nirringrazzjaw lil Infrastructure Malta għax-xogħol tagħhom.
Facebook / Infrastructure Malta