“Lalta Hu Maħbub Immens, U Rrispettat Bħala Parti Mill-Familja Tagħna” – Fondazzjoni Klieb Tas-Servizz

Il-paġna uffiċjali tal-Fondazzjoni tal-Klieb tas-Servizz ippubblikat messaġġ ħelu li rċevew mingħand familja f’Londra. Messaġġ bħal dawn jagħtuhom il-kuraġġ biex ikompli joffru s-servizz tagħhom u jgħinu lil diversi familji.

Huma spjegaw, “Dan hu Lalta, l-unika kelb tas-servizz (sa issa) li jgħix Londra mal-handler tiegħu u l-familja. Aħna rċevejna messaġġ mill-omm tal-familja: ‘Lalta hu maħbub immens, u rrispettat bħala parti mill-familja tagħna. Hu u ibni affaċċjaw ħafna flimkien, u rnexxielhom jegħlbu sfidi li kienu jkunu impossibbli mingħajr Lalta.’ “



Il-konnessjoni ta’ bejn il-klieb tas-servizz u l-familji tagħhom hi waħda speċjali mmens. Ninsabu grati li din il-fondazzjoni qed tgħin tant familji.





Ritratti:

Facebook / Service Dogs Malta Foundation

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI