Dawn huma l-aħħar aġġornamenti dwar il-każijiet ta’ Covid-19 f’pajjiżna, kif maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa:
Fl-aħħar 24 siegħa saru 2529 test u minn dawn kien hemm 95 pożittivi.
Il-Ministeru tas-saħħa ħabbar ukoll li fl-aħħar jum kien hemm 30 persuna li fieqet mill-Covid-19.
B’hekk it-total ta’ każijiet attivi għall-11 ta’ Ottubru huwa 768, filwaqt li mill-bidu tal-pandemija sa issa saru 280,155 swab test. It-total ta’ mwiet sa issa huwa 41.
LovinMalta