"Kollox Ġara Eżatt Wara L-Lockdown!" – Daniel Testa Jiżvela Fuq L-Imħabba Tiegħu

“Kollox ġara eżatt wara l-lockdown li kellna fil-bidu tas-sena, meta rriturnajna lura fl-istudjo” jgħid Daniel lit-tim tal-Bay. Daniel Testa jiżvela li bħalissa hu u Ylenia qed joħorġu flimkien. B’hekk wara ġimgħat ta’ spekulazzjoni, sirna nafu l-verità dwar din il-koppja ħelwa, b’vuċijiet straordinarji.





Ylenia lil Bay qalet, “Tad-daħk kif xi ħaġa li tkun ilha tħares lejk u fl-aħħar tolqtlok!”. Peress li kemm Ylenia u Daniel bdew jaħdmu mid-dar, Ylenia bdiet tinduna bl-emozzjonijiet għal Daniel u kellha tagħmel xi ħaġa dwarha! Għal bidu dawn ftehmu li ser iżommu kollox professjonali bejnietom u żammew kollox mistur, iżda din kienet biċċa xogħol diffiċli, għax b’xi mod il-ħbieb komuni tagħhom bdew jistaqsu!

Nawguraw minn qalbna lil Daniel u Ylenia l-isbaħ xewqat u tinsewx li kuljum ikunu b’xandira diretta mis-6:30 ‘il quddiem għal Bay Breakfast. Tista’ taqra l-artiklu oriġinali minn hawn



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI