Fuq il-paġna tiegħu l-Ministru Byron Camilleri kiteb rigward ir-rapport dwar Malta mill-Committee for the Prevention of Torture tal-Council of Europe. Jidher li r-rispons kien wieħed tajjeb.
“Dan huwa l-aktar rapport pożittiv li qatt kien hemm dwar Malta, fl-oqsma tal-ħabs, immigrazzjoni u anke l-Pulizija. Jirrimarka mhux biss diversi bidliet pożittivi, iżda wkoll tibdil kontinwu.”
Fl-istess rapport saru xi rimarki dwar xi punti ta’ x’jista’ jitjieb.