Skont id-djar tal-imħatri, l-Awstrija l-Iżvezja u Franza huma l-aktar 3 pajjiżi bl-akbar ċans li jirbħu l-Eurovision Song Contest tal-2025.
Interessanti immens huwa l-fatt li l-kanzunetta ta’ Franza għadna l-anqas biss smajniha, iżda l-antiċipazzjoni dejjem qed tikbr. L-artista li ser tkun qed tirrappreżenta lil Franza s-sena hija artista ta’ fama mondjali maħbuba minn bosta.
Jekk jirbħu l-Iżvezja jkunu uffiċjalment l-aktar pajjiż bl-aktar rebħ fil-Eurovision, hekk kif sal-lum għadhom f’parità mal-Irlanda.
Jekk jintrebaħ mill-Awstrija din tkun it-tielet rebħa tagħhom, mentri jekk jintrebah minn Franza din tkun is-sitt rebħa tagħhom.
Smajtu xi kanzunetta minn dawk li ntagħżlu s’issa?