Jeanesse Abela hija persuna bi bżonnijiet speċjali li saret magħrufa mhux ħażin fuq il-midja soċjali. Hi tmexxi l-paġna fuq Facebook bl-isem ta’ Janna’s disability stuff, li l-għan tagħha hu li toħloq “awareness biex inneħħi l-istigma ta’ ċertu nies li jitrattawna differenti minn ħaddieħor.”
Illum Jeanesse għamlet xi ħaġa ferm diffiċli għaliha - rnexxielha tqum timxi! Fuq il-midja soċjali hi kitbet li “Din hija l-ikbar sfida li qatt għamilt u għamiltha wara żmien twil.”
Fil-filmat tinstema’ tgħid il-kliem: “I did it!” hekk kif imxiet min-naħa għal oħra tal-kamra.
Jeanesse hija eżempju perfett li qatt m’għandek taqta’qalbek fil-ħajja. Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lill-Jeanesse minn qalbna tax-xogħol kollu li tagħmel. Mara li verament tispirana!
Facebook/Jeanesse Abela