F'filmat li ttella' fuq il-midja soċjali mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar, is-sindku tal-lokalità esprima t-tħassib tiegħu, fost oħrajn għall-karavans li qed jitħallew illegalment fil-bajjiet Maltin mingħajr pjanċa.
Is-sindku Naxxari saħaq li "din il-kwistjoni mhijiex kontra s-sidien tal-caravans li jgawdu l-passatemp tagħhom b'mod responsabbli iżda dwar l-importanza li l-ispazji pubbliċi ma jiġux okkupati minn ftit individwi għad-detriment tal-kumplament tal-pubbliku".
Facebook / Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar u Pexels