Matul dawn l-aħħar ġimgħat, madwar id-dinja tqanqal dibattitu wara li l-Ġermanja esprimiet l-intenzjoni tagħha li fis-snin li ġejjin tgħolli gradwalment l-età tal-irtirar għal 70 sena.
Il-gvern Ġermaniż iġġustifika d-deċiżjoni tiegħu billi rrefera għall-pressjoni eċċessiva li hemm bħalissa fuq is-sistema tal-pensjonijiet u fisser kif dan hu l-uniku mezz kif din is-sistema tista' tiġi ssalvagwardjata.
Intant, bosta esprimew it-tħassib tagħhom hekk kif filwaqt li l-età tal-irtirar f'diversi pajjiżi dejjem kienet dik ta' bejn 60 u 65 sena, fis-snin riċenti, bosta pajjiżi jidhru li qiegħdin jieħdu d-deċiżjoni li jgħollu din l-età.
Intom x'taħsbu dwar din id-deċiżjoni tal-Ġermanja?
Pexels