Maratona B'Risq Dawk Li M'Għandhomx Saqaf Fuq Rashom Organizzata Minn YMCA

Bħalissa għaddejja maratona ġbir ta’ fondi għal dawk il-persuni li sfortunatament m’għandhomx saqaf fuq rashom. Din il-maratona jisimha “soliDARjetà” u ġiet organizzata minn YMCA Malta.

Din bdiet illum f’nofsinhar u tispiċċa f’nofsillejl. YMCA jipprovdu residenza għal dawk li m’għandhomx post fejn jgħixu u bħalissa qed jieħdu ħsieb 34 persuna. Il-maratona qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni.

Tistgħu tagħtu d-donazzjoni tagħkom billi ċċemplu fuq dawn in-numri:

15€ – 51702068

25€ – 51802007

50€ – 51902073







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI