Int X’Tippreferi Torqod Mal-Partner Jew Mal-Kelb?

Studju riċenti ġewwa l-Amerika wera li 55% tan-nisa jaqsmu s-sodda tagħhom mal-klieb tagħhom, filwaqt li 31% jaqsmuha mal-qtates tagħhom. Hu fatt kurjuż li ftit aktar nisa, jorqdu mal-partner tagħhom milli mal-kelb, il-persentaġġ hu ta’ 57%!

Għalkemm kien hemm ħafna u ħafna studji li juru kif l-irqadt jiġi affetwat meta norqdu mal-partner, ftit sar studju dwar kif jiġi affettwat l-irqadt meta traqqad xi kelb jew qattus miegħek. Nisa li għandhom il-klieb qalu li kienu aktar komdi u siguri meta l-kelb raqad magħhom. Barra minn hekk raqdu aħjar u ma tantx qamu matul il-lejl.

View this post on Instagram

A post shared by KristaZJY (@kristazjy1728) on Jun 3, 2019 at 8:50pm PDT

Dawk li kellhom xi qattus jorqod magħhom però stqarru li ma tantx provdewlhom sigurtà u kumdità. L-istudju were li dawk li għandhom il-klieb għandhom tendenza li jorqdu aktar kmieni u jqumu aktar kmieni. L-istudju ma tantx idefenixxa d-differenza bejn dawk li għandhom il-klieb u dawk li m’għandhomx iżda jekk għandek kelb u għandek il-problemi biex torqod, ħallih jidħol miegħek.

Bla ma tkun taf, taf itejjeb il-kwalità tal-irqadt tiegħek. Jekk għandek xi qattus... hu paċenzja u itfgħu ’l barra mill-kamra tas-sodda. Taf jgħinek torqod aħjar. Tipprova trid u tara jekk wara ftit ġimgħat tarax xi differenza fil-kwalità ta’ rqadt tiegħek.

Instagram / Silvia Ferrati

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI