L-attriċi Marisa Calleja Zahra tirrakkonta kif kien proprju 15-il sena ilu meta skopriet li kellha kanċer fis-sider. Hi tisħaq li kien permezz tal-personalità pożittiva u persistenti tagħha li rnexxielha tegħleb il-kanċer.
“Kemm jista’ jkun ippruvajt nagħti tama u kuraġġ lil pazjenti oħrajn li bħali kienu qed jiġġieldu l-kanċer,” stqarret l-attriċi fejn fissret kemm tħossha xxurtjata li għadha tista’ tgawdi lill-familjari tagħha.
L-attriċi Marisa Calleja Zahra esprimiet ukoll l-entużjażmu tagħha sabiex tkompli timraħ fix-xena tal-ispettaklu Malti hekk kif mistennija tkun parti minn iżjed produzzjonijiet fix-xhur li ġejjin.
Ritratti: Facebook / Marisa Calleja Zahra