Bil-Filmat: "Peress Li Ma Kienx Hawn Polyclinics …Kont Nara N-Nies Billejl" – Nitkellmu Mal-President U Sa. Vella

Nhar il-Ħadd li ġej fuq ir-rivista GWIDA ser toħroġ intervista esklussiva mal-President ta' Malta George Vella u s-Sinjura Vella. Magħhom tkellimna fuq il-pandemija, x-xogħol presidenzjali, l-istrina u fakkarna ftit meta kien jaħdem bħala tabib. 

"Bqajt sal-lum nieħu gost niltaqa’ ma’ xi ħadd u jfakkarni xi każ partikolari li kont rajt bħala tabib. Diffiċli li wieħed jesprimi s-sodisfazzjon li jkollok fl-età li għandi jien illum, meta tkun għamilt dak iż-żmien kollu tgħin lil dawk in-nies kollha. Mhux kemm qlajt flus, imma l-grazzi li jgħidulek ċertu nies wara dawn is-snin kollha. Dik hi xi ħaġa li diffiċli biex nispjega, imma nista’ ngħidilkom li l-aktar suġġett li jagħtini sodisfazzjon f’ħajti" jgħid il-President fl-intervista. 

Is-Sinjura Vella tgħidilna li minħabba li ma kienx hawn internet kien iżżommlu l-viżti hi.  "Jien kelli xogħol full-time d-dar sakemm kien jaħdem żewġi. Ma kienx hemm data protection! Min jaf kemm-il darba kien hemm xi każ urġenti ħafna u jien kont ngħidilhom imorru għand it-tali f’dan l-indirizz għax hemm qiegħed, kif joħroġ stennewh u għidulu jiġi. Mur agħmel hekk illum!"

Kien hawn li l-president qalilna li ġieli anke ra nies billejl! "Min jaf kemm għamlet iljieli waħidha. Peress li ma kienx hawn polyclinics dik il-ħabta, kont nara n-nies billejl. Lanqas kienet tinduna li kont nidħol tard. Kienet tant xi ħaġa regolari li tidra u tistennieha".



Aktar fatti interessanti fuq ir-rivista GWIDA tal-Ħadd li ġej. 

Ritratt tal-faċċata: Alana Bondin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI