Jitħabbru D-Dettalji Tal-Funeral Ta’ Rico Aquilina Li Ħalla Din Id-Dinja Fl-Età Ta’ 24 Sena

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, John Bray Funeral Services ħabbru d-dettalji ta’ Rico Aquilina li ħalla din id-dinja riċentament fl-eta ta’ 24 sena.

Huma qalu, “B’niket inħabbru l-mewt ta' Rico Aquilina fl-eta ta’ 24 sena. Il-familjari u l-ħbieb huma mistiedna għall-quddiesa pràesente cadavere, it-Tlieta, 30 ta’ Gunju 2026, fit-3:30pm, fil-Parroċċa Maria Bambina, Mellieħa.”



Żiedu, “Qabel il-funeral, il-korteo se jitlaq mill-Isptar Mater Dei fis-1:15pm b'eskorta mill-Pulizija u vetturi off-road. Fis-14:00 il-purcisjoni tkompli minn Triq il-Parroċċa, il-Mellieha, fejn se jingħaqdu wkoll il-Malta Scouts. Aktar tard, fit-14:45, l-eskorta tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta se tkompli takkumpanja l-ahhar vjagg ta' Rico sal-Knisja.”

Qalu wkoll, “Il-Familjari jixiequ, lil dawk li sa jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddies ma jilbsux ilbies iswed u minflok fjuri jingħataw donazzjonijiet lil Puttinu Cares permezz ta' kaxxa li se titqiegħed fil-knisja. Ngħaddu l-kondoljanzi lil familjari u lil ħbieb. Strieħ fis-sliem, Rico.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI