Jacob Micallef B'Suċċess Fil-Karting Internazzjonali Fejn Kiseb Ġieħ Għal Pajjiżna!

Kien mument li bih għamel lil Malta kburija meta Jacob Micallef, is-sensazzjoni żagħżugħa tal-Karting, kiseb ir-raba’ podju konsekuttiv tiegħu f’Jesolo, ħdejn Venezja, l-Italja. Dan seħħ waqt il-kompetizzjoni prestiġjuża tal-Akkademja Champions of the Future, nhar is-Sibt 5 ta’ Lulju, fejn spiċċa t-tieni. Iżda kien fil-finali tal-Ħadd li tassew wera l-ħila tiegħu, meta rebaħ l-ewwel post fil-Klassi OK-N Junior, fost 36 sewwieq ieħor minn diversi pajjiżi.





Ritratt: Jacob Micallef

F’din l-istess kompetizzjoni ipparteċipaw ukoll żewġ sewwieqa oħra Maltin: Benjamin Westwood u Benjamin Borg Irima. Westwood ikkompeta fl-istess klassi bħal Micallef u għalkemm spiċċa fis-seba’ pożizzjoni, kellu penali ta’ 5 sekondi li biha niżel sal-15-il post. Min-naħa l-oħra, Borg Irima, li kien qed jikkompeti fil-Klassi OK-N Senior, beda b’mod promettenti u laħaq it-tmien pożizzjoni, iżda ġie mwaqqaf għal raġunijiet ta’ sigurtà minħabba inċident ikkawżat minn sewwieq ieħor – li aktar tard ġie ddiskwalifikat.



Ritratt: Benjamin Westwood 

Jacob Micallef bħalissa jinsab fit-22 post fil-klassifika Internazzjonali tal-Karting tal-FIA minn fost 822 sewwieq minn madwar id-dinja – riżultat li jkompli jsaħħaħ isem Malta fil-qasam sportiv internazzjonali.

Ritratt: Benjamin Borg Irima

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI