Il-Ministeru jikkollabora mal-Uffiċċju Meteoroloġiku hekk kif jimplimenta pjan li f’każijiet fejn tkun prevista sħana estrema, tintbagħat twissija bikrija biex javża lill-pubbliku.
“Il-pubbliku se jkun qed jirċievi messaġġ bit-twissija li se jinkludi wkoll pariri dwar wieħed x’għandu jagħmel waqt dawn il-perjodi ta’ sħana estrema. Matul l-aħħar ġimgħat, il-Ministeru vara wkoll kampanja ta’ għarfien għall-pubbliku dwar il-periklu tas-sħana, b’ pariri prattiċi dwar kif persuna għandha tibqa’ idratata, tevita attivitajiet iebsin matul il-ħinijiet l-aktar sħan tal-ġurnata, filwaqt li tevita esponiment dirett għax-xemx f’dawn il-ħinijiet.”
Ġew stabilixxiti Ċentri ta’ Matul il-Jum li saħansitra jipprovdu kenn mis-sħana speċjalment għal individwi vulnerabbli jew b’kundizzjonijiet mediċi speċifiċi.
Ċentri ta’ Matul il-Jum se jiftħu fosthom f’dawn il-lokalitajiet:
- San Pawl il-Baħar
- Buġibba
- Mosta
- Ir-Rabat
- Ħ’Attard
- Tas-Sliema
- San Ġiljan
- Il-Fgura
- Ħal Għaxaq
- Iż-Żejtun
- Marsaskala
- Ir-Rabat, Għawdex
Għal dan is-servizz wieħed jista’ jċempel fuq 2123 1231. Ċempel 1400 jew 112 f’każ t’emerġenza.