Ilbieraħ 17 ta’ Lulju, seħħ żwieġ ieħor fil-familja rjali tar-Renju Unit. Il-Prinċipessa Beatrice u s-Sur Edoardo Mapelli Mozzi żżewġu f’ċerimonja privata żgħira fil-Kappella Irjali tal-Qaddisin Kollha fir-Royal Lodge, Windsor. Il-koppja ċċelebraw it-tieġ tagħhom mal-eqreb familja tagħhom.
Il-Prinċipessa Beatrice libset libsa magħmula minn Norman Hartnell u tiara tad-djamanti, li t-tnejn jiffurmaw parti mill-gwardarobba tar-Reġina Eliżabetta. It-tiara kienet intlibset mir-Reġina fil-jum tat-tieġ tagħha fl-1947.
View this post on Instagram
Il-monarka għamlet kull sforz biex tiżgura li ż-żwieġ tan-neputija tagħha lil Edoardo Mapelli Mozzi kien okkażjoni biex il-koppja tiftakar.
Facebook/The Royal Family