Illum Daniel u martu Fiorella jagħlqu tmien snin miżżewġin. Daniel f’dan il-jum ħallielha messaġġ mill-isbaħ, “Għexna flimkien. Kbirna flimkien. Gawdejna flimkien. Bkejna flimkien. Bnejna familja flimkien…”
Hu jkompli l-messaġġ billi jgħid, “u llum 8 snin mill-jum li żżewiġna nirringrazzja ‘l Alla li għadna hawn qawwijin u sħaħ flimkien!!! Inħobbok aktar minn qatt qabel Fiorella…”
Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nawguraw lil Daniel u lil Fiorella li ftit tal-ġimgħat ilu wkoll waslilhom rigal speċjali f’ħajjithom, it-twelid taċ-ċkejkna Cara. Awguri mill-qalb!
Facebook / Daniel Chircop