"Nixtieq Nara L-Persentaġġ Attwali Ta' Kanzunetti Lokali Jiżdied Minn 3% Għal 25% Fuq L-Istazzjonijiet Tar-Radju Kollha." – Howard Keith Debono

L-appell biex it-talent lokali jingħata aktar promozzjoni u appoġġ kien u għadu wieħed importanti. Sfortunatament, ħafna kanzunetti lokali mhux qed jinstemgħu biżżejjed.

Howard Keith Debono tkellem dwar dan u diversi punti oħra relatati mal-industrija tal-mużika. Howard jibda billi jesprimi l-apprezzament li fuq iċ-charts lokali, erba’ kanzunetti li ħadem fuqhom, kellhom post.

Fl-istess ħin jieħu l-opportunita li jesprimi dak li jħoss li fadal xi jsir, biex l-artist u l-mużika lokali jkomplu mexjin ‘il quddiem.

“Eżempju, nixtieq nara; il-persentaġġ attwali ta’ kanzunetti lokali jiżdied minn 3% għal 25% fuq l-istazzjonijiet tar-radju kollha. L-AKTAR, dawk li huma proprjetà ta’ u mmexxija mill-istat. Jeħtieġ li u jista’ jkun hemm 35% lokali!”

Jagħti pariri biex anke l-istess stazzjonijiet tar-radju ma jqassrux is-smigħ ta’ kanzunetti lokali għal minuta u nofs jew żewġ minuti, meta jindaqqu.

Isemmi anke l-perċezzjoni li teżisti ta’ avvenimenti mużikali, ta’ spettakli bħall-Eurovision, u tal-karriera mużikali ta’ artist. Araw x’qal eżattament fil-post hawn taħt:  







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI