"Malta Issa Qed Tlaqqam L-Iktar Malajr Fl-Ewropa" – Il-Ministru Chris Fearne

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, dalgħodu ħabbar li Malta issa tinsab fl-ewwel post bl-iktar rata mgħaġġla ta’ tlaqqim fl-Ewropa kollha. Dan juri li fl-aħħar pajjiżna qabad ritmu tajjeb.

Nittamaw li aktar dożi tal-vaċċin ikomplu jaslu lejn xtutna sabiex dak li jkun ikollu ċ-ċans li jitlaqqam aktar malajr. Jidher li l-appuntamenti ta’ dawk ‘il fuq minn 85 sena ħa jkun intbagħtu kollha u min għadu ma rċeviehx sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa, jista’ jagħmel kuntatt mal-awtoritajiet tas-saħħa.

Ejja ħa nibqgħu fuq quddiem fil-ġlieda tagħna kontra l-Covid-19!





Facebook / Chris Fearne



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI