Bil-Filmat: “Kienet Ftit Anzjuża… Bħalma Konna Aħna Onestament” – Jasmine Tirċievi L-Aħħar Trasferiment Ta’ MUSE Cell

Jasmine Journey

Il-ġenituri ta’ Jasmine, li nsegwuha fuq il-paġna Jasmine’s Journey ħabbru żvilupp importanti fil-kura ta’ binthom, hekk kif ġiet fi tmiemha sessjoni oħra ta’ trattament.

Skont dak li qasmu fuq il-midja soċjali, illum sar l-aħħar trasferiment ta’ MUSE cells, fejn għal darb’oħra ntuża l-metodu intranasali.

Għalkemm dan it-tip ta’ trattament ma fih ebda uġigħ, għalkemm jista’ jkun ftit skomdu, speċjalment għal Jasmine li hija sensittiva ħafna fiż-żona ta’ mneħirha minħabba esperjenzi preċedenti meta kienet tiġi mitmugħa permezz ta’ NG tube.

Il-ġenituri rrakkontaw ukoll kemm kienu ansjużi waqt il-proċedura, u saħqu li l-ansjetà kienet tinħass fil-kamra kollha.

Minkejja dan, huma faħħru l-kuraġġ ta’ binthom li, bħal dejjem, affrontat is-sitwazzjoni b’kuraġġ kbir. Huma jqisuha bħala “suldat” hekk kif qatt ma taqta’ qalbha.

Ara l-filmat HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI