Fuq il-paġna uffiċjali tal-Patrijiet Kapuċċini Kalkara tħabbret il-mewt ta’ Patri Ġwakkin Mercieca. Patri maħbub u magħruf mall-komunità Kalkariża kollha.
“Il-Fraternita’ tagħna ssellem il-memorja ta’ Patri Gwakkin Mercieca li għadda għal ħajja ta’ dejjem dalgħodu. Patri Gwakkin fil-passat għamel diversi snin fil-kunvent tagħna tal-Kalkara. Jibqa’ mfakkar żgur għal karattru sabiħ u ferrieħi tiegħu u għall-imħabba li kellu lejn San Piju.”
F’dan l-avviż, ħabbru wkoll d-data u l-ħin tal-funeral. “Il-funeral tiegħu se jsir nhar is-Sibt li ġej fil-knisja parrokkjali tat-Trinita’ Qaddisa, il-Marsa fid-9.15am. Nitolbu għalih sabiex il-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.”
Strieħ fis-sliem Patri Ġwakkin.