Il-klabb tagħna għandu l-unur jħabbar li f’ġieħ il-memorja ta’ Jake Vella, ġie unanimament maħtur bħala Membru Onorarju waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret propju f’Jum il-Missier.
Nirringrazzjaw minn qalbna lill-ġenituri tiegħu, is-Sur Josie Vella u s-Sinjura Maruska Vella, li aċċettaw din l-unur f’isem ibnhom. Din in-nomina saret bħala ġest ta’ rikonoxximent lejn il-personalità pożittiva ta’ Jake, li matul ħajtu kienet sors ta’ kuraġġ u ispirazzjoni għal ħafna tfal u familji.
Jake jingħaqad mal-mibki Dr. Victor Calvagna, li kien ukoll ġie maħtur bħala President Onorarju tal-klabb ftit qabel l-inċident traġiku li ħadu minn fostna.
Il-memorja tagħhom se tibqa’ dejjem preżenti fil-valuri u l-missjoni tal-klabb.

Facebook/ Jake Vella