"Ġenituri Ejja Nkunu Ġentili Mat-Tfal Tagħna Wara Kollox L-Eżamijiet Ma’ Jiddeterminawx Kemm Uliedna Jiswew." – Oliver Scicluna

Bħalissa diversi studenti bdew jirċievu r-riżultati tal-eżamijiet li għamlu f’Ġunju. Bla dubju huma żmien ta’ eċitament u xi ftit biża’ sakemm  iserrħu rashom li għaddew.

Madanakollu, kif jagħti parir Oliver Scicluna, l-istudenti għandhom dejjem jemmnu fihom infushom, ikun x’ikun ir-riżultat. 

“Nixtieq ngħid prosit lit-tfal u żgħażagħ kollha li qed jirċievu r-riżultati. Żommu f’moħkhom li anke jekk ma rċevejtx ir-riżultat mixtieq, dan għandu jkub sors ta’ motivazzjoni biex tipprova u tibqa tipprova. Ġenituri ejja nkunu ġentili mat-tfal tagħna wara kollox l-eżamijiet ma jiddeterninawx kemm uliedna jiswew.”

Prosit u kuraġġ lill-istudenti kollha!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI