Il-kantant lokali Kevin Borg kontinwament iniedi mużika ġdida, u jgħaddi kemm jgħaddi żmien jibqa’ jimpressjona. Fir-ripertorju tiegħu Kevin issa għandu l-kanzunetta X’Għandi Bik.
Kanzunetta li fiha qed jesprimi mużikalment u artistikament l-imħabba li għandu għal martu. Apparti fil-kanzunetta nnifisha, Kevin ser ikun qed jirrakkonta l-vjaġġ ta’ mħabbithom anke fil-vidjo mużikali, hekk kif jidhru mumenti mill-ġurnata taż-żwieġ.
Kevin jikteb, “Għalkemm għandi tim ta’ produtturi mill-aqwa fl-Iżvezja, din il-kanzunetta hija tant personali għalija li ddeċidejt li nagħmel kollox jien stess mill-A saż-Ż, jiġifieri, Produzzjoni tal-Mużika, Lirika, Reġistrazzjoni Vokali, Editjar tal-Vidjow Mużikali, Pubblikazzjoni u ħafna aktar… Kif tistgħu taraw fl-isfond… Il-vidjo mużikali jirrifletti l-ġurnata speċjali tagħna. Grazzi lilkom ilkoll.”
Prosit ta’ vera Kevin!
Facebook/ Kevin Borg