Jorge Grech, is-sindku ta’ Ħaż-Żabbar, u Luke Farrugia, is-sindku tal-Marsa, tefgħu ritratt flimkien jagħmlu eżerċizzju l-gym bi tbissima fuq fommhom.
Luke Farrugia kiteb fuq ir-ritratt, “Dixxiplina u konsistenza” biex jispjega l-attitudni li għandu jkollok lejn l-eżerċizzju biex ma taqtax qalbek.
Grech fuq il-midja soċjali tiegħu spjega kif fil-passat kien isibha diffiċli mmens biex jitlef il-piż iżda meta ddedika ruħu għall-gym u stil ta’ ħajja iżjed tajba, hu rnexxielu jasal għal riżultati eċċellenti.
Id-dixxiplina u l-konsistenza huma kollox jekk tkun tixtieq riżultati pożittivi u dan ir-ritratt taż-żewġ sindki flimkien żgur se jkun ta’ ispirazzjoni għal uħud biex ma jaqtgħux qalbhom fejn jidħol l-eżerċizzju.
Hija xi ħaġa wisq sabiħa li rnexxielhom jgħinu lil xulxin f’din l-avventura ta’ eżerċizzju għaliex billi jagħmlu dawn l-eżerċizzji flimkien qegħdin iħeġġu lil xulxin biex ikomplu jistinkaw u jaslu għar-riżultati li jixtiequ!
Instagram/ jorgegrech